Sejba ta’ bacon fil-Koran li hemm disponibbli fl-isptar Mater Dei qanqlet rabja fost diversi persuni li ddeskrivew l-att bħala wieħed “stupidu”.
Filwaqt li mhux magħruf min kienu l-persuni li poġġew il-bacon ġol-Koran ta’ Mater Dei, hu ċar li l-bacon tpoġġa wara l-attakk li seħħ fi Franza u li fih inqatel qassis Kattoliku li kien qed iqaddes. L-ISIS refgħet ir-responsabbilta’ għall-attakk.
Kienu ħafna li fuq il-media soċjali kkummentaw li min poġġa l-bacon fil-Koran ta’ Mater Dei kien qed jirrispondi għall-mibiegħda bil-mibiegħda. “Fr. Jacques Hamel mhuwiex vittma tal-Islam, iżda vittma tal-istupitaġni; liema stupitaġni reġgħet immanifestat ruħha f’dan l-att li seħħ illum,” kitbet Sara Ezabe, it-tfajla li rrappurtat il-bacon ġol-Koran.
“Fr. Jacques Hamel kien jgħallem dwar ir-rispett, l-unita’ u l-imħabba; u aħna nistgħu insellmu l-memorja tiegħu billi nġibu ruħna bil-mod kif kien jgħallem,” temmet tgħid it-tfajla.
Uffiċjali fl-Isptar Mater Dei kkonfermaw dan il-każ u bħalissa qed issir investigazzjoni mill-Pulizija.
Ironikament, il-pulizija ma tistax taġixxi iktar fuq dan it-tip ta’ reat wara li ftit iktar minn ġimgħatejn ilu il-Gvern neħħa l-vilipendju – it-tkasbir tar-reliġjon – minn reat. L-Oppożizzjoni ivvotat kontra li dawn l-atti ma jibqgħux reat.
F’kumment ma’ dan l-istazzjon, ix-Shadow Minister għall-Ġustizzja Jason Azzopardi qal li l-Gvern issa qed jiġi fi kliem il-Partit Nazzjonalista li wissa’ dwar l-importanza tal-buon ordni fil-pajjiż.
Fi tweet b’reazzjoni għal din l-istorja, l-Arċisqof ta’ Malta Charles J Scicluna kkundanna dan l-att fuq il-Koran fl-isptar Mater Dei. Hu kkondanna wkoll l-abbuż b’isem il-martri Fr Jacques Hamel, li din il-ġimgħa nqatel waqt li kien qed iqaddes fi Knisja billi ħanxrulu għonqu suldati tal-ISIS.
Fuq Facebook, il-Komunita’ Musulmana f”Malta ikkundannat dan l-att:
//= $special ?>