Kunsilli Lokali

Ilmenti minn residenti Melliħin minħabba ħmieġ fi Triq Ġnien Ingraw

Numru ta’ residenti li jgħixu fl-akwati ta’ Triq Ġnien Ingraw fil-Mellieħa jinsabu rrabjati għall-fatt li leħinhom qed jasal fuq widnejn torox fil-Kunsill Lokali tal-Mellieħa wara diversi lmenti għall-ħmieġ li qed ikun hemm ta’ kuljum f’din it-triq.

“Minbarra r-riħa tinten u l-ħmieġ li qed iħalli ż-żibel, ta’ kuljum qed nispiċċaw naraw ġrieden u wirdien fil-viċinanzi,” qalilna resident Mellieħi.

Mistoqsija minn dan is-sit x’rispons ingħataw mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, r-residenti qalulna li r-risposta tal-Kunsill Lokali tkun li se jsir it-tindif neċessarju, xi ħaġa li iżda qatt ma ġrat. Tant hu hekk li residenta anzjana kienet kostretta li tnaddaf it-triq hi minn dan iż-żibel u l-ħmieġ tal-annimali għaliex ma felħitx aktar bis-sitwazzjoni kif inhi.

Saħansitra, waħda mir-residenti waslet biex qaltilna li Triq Ġnien Ingraw hija l-aktar triq maħmuġa fil-Mellieħa.

photo-2