F’żewġ inċidenti separati bejn is-Sibt filgħaxija u kmieni l-Ħadd filgħodu sfaw midruba 4 persuni.
Fl-ewwel inċident li seħħ s-Sibt filgħaxija għal ħabta tad-disgħa, persuna ittajret fi Triq l-erba’ mwieżeb f’San Pawl il-Baħar.
Fl-inċident ġuvni ta’ 17-il sena, residenti San Pawl il-Baħar intlaqat minn taxi tal-għamla BMW, misjuqa minn raġel ta’ 24 sena, reisdenti ż-Żurrieq.
Il-ġuvni ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura medika u iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Investigazzjonijiet mill-Pulizija tal-Qawra għadhom għaddejjin.
Intant it-tieni inċident seħħ kmieni Il-Ħadd filgħodu għall-ħabta tal-ħamsa u nofs fi Triq Sant’ Andrija, Swieqi.
F’dan l-inċident Taljan ta’ 29 sena kien qed isuq vettura tat-tip BMW, meta għal xi raġuni huwa tilef il-kontrol tal-vettura bil-konsegwenza li nqaleb. Miegħu kellu passiġġiera żewġ Taljani ta’ 29 u 37 sena.
It-tlett persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn filwaqt li l-passiġġier ta’ 29 sena ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief, il-passieġġier ta’ 37 sena, ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Anke x-xufier ġie ċertifikar li qiegħed isofri minn ġrieħi ħfief.
Il-Pulizija ta’ San Ġiljan qed jinvestigaw il-każ.
//= $special ?>