Knisja

Il-Papa għall-Panama… għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ tal-2019

Il-Panama se jkollha mistieden speċjali fl-2019, meta tittella’ l-edizzjoni li jmiss tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Dan hekk kif il-Papa se jkun qed iżur dan il-pajjiż biex jiċċelebra l-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fl-2019.

Kien il-Papa Franġisku stess li ħabbar il-post fejn se jkun qed jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ tal-2019. Hu kien qed jitkellem fi tmiem il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fi Krakovja, il-Polonja.

Fl-aħħar ġimgħat kien hemm kurżità dwar fejn jista’ jittella’ l-Jum Dinji taż-Żgħażagħ tal-2019 hekk kif skont xniehat li bdew iduru, l-attività kellha ssir f’xi pajjiż fl-Asja jew l-Afrika.