Internazzjonali

Il-Prim Ministru tat-Tuneżija sfiduċjat

Fit-Tuneżija mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Prim Ministru Habib Essid kisbet l-appoġġ meħtieġ meta 188 deputat parlamentari vvotaw favur u 3 biss ivvotaw kontra sabiex b’hekk effetivament ġie fi tmiemu il-gvern ta’ Essid.

Essid kien ilu fil-kariga ta’ Prim Ministru inqas minn sentejn iżda kien qiegħed jiffaċja kritika ħarxa għal nuqqas ta’ riformi ekonomiċi fit-Tuneżija.

Aktar minn terż taż-żgħażagħ fit-Tuneżija jinstabu mingħajr xogħol.

Dan kollu seħħ fl-isfond tas-sejħa xahar mill-President Tuneżin Beji Caid Essebsi fejn sejjaħ għal gvern ta’ għaqda nazzjonali sabiex jiġġieled kontra l-mewġa negattiva li laqgħtet lill-ekonomija Tuneżina.