Internazzjonali

Mietet l-attriċi komika Taljana Anna Marchesini

Tħabbret il-mewt tal-attriċi komika Taljana Anna Marchesini fl-età ta’ 62 sena. Hi kienet magħrufa l-aktar bħala parti mill-grupp komiku Taljan ‘Trio’ flimkien ma’ Tullio Solenghi u Massimo Lopez u li kienu ddominaw ix-xena komika Taljana fuq it-televiżjoni fis-snin tmenin u disgħin.
Il-funeral tagħha se jsir it-Tnejn it-Tnejn f’Orvieto fejn twieldet.