Lokali

Olandiż isofri ġrieħi gravi wara argument

Dalgħodu għall-ħabta tat-tlieta u nofs Olandiż ta’ 20 sena kien involut f’argument ma’ persuna oħra ukoll ta’ nazzjonalita’ barranija fejn allegatament dan ta’ l-aħħar tah daqqa ta’ ponn.

L-inċident seħħ fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan bil-ġuvni jingħata kura medika l-Isptar Mater Dei fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-allegat aggressur qed jinżamm mill-Pulizija għall-iżjed stħarriġ, filwaqt li investigazzonijiet mill-Għassa ta’ San Ġiljan għadhom għaddejjin.