Internazzjonali

Sparaturi f’Texas fl-Istati Uniti

Persuna nqatlet u erbgħa oħra ddaħħlu l-isptar wara żewġ sparaturi separati f’Austin, il-kapitali tal-Istat Amerikan ta’ Texas. Bit-tnejn li huma jseħħu fiz-zona fejn hemm ħafna stabbilimenti tad-divertiment fil-belt.
Għall-ewwel kien hemm suspetti li seta’ kien hemm xi rabta mat-terroriżmu internazzjonali imma s’issa dan mhux qed jirriżulta.
Mhux magħruf jekk hemmx rabta bejn iż-żewġ każi.