Qed ikun stmat li kien hemm ferm aktar minn żewġ miljun persuna li attendew għall-Quddiesa tal-Papa Franġisku il-Ħadd f’Campus Misericordiae fi Krakovja fi tmiem iż-żjara fil-Polonja.
Quddiesa li biha ntemmu ċ-ċelebrazzjonijiet għall-Jum Dinji taż-Żagħżagħ fejn il-Papa stess ħabbar li l-edizzjoni li jmiss se ssir tliet snin oħra fil-Panama.
Hawn il-Papa ħeġġeġ iż-żagħżagħ biex iħaddnu t-tama u jpoġġu t-talb fiċ-ċentru ta’ ħajjithom.
B’din iż-żjara, il-Papa fakkar ukoll l-1,050 anniversarju tal-Polonja bħala pajjiż Nisrani.
Il-Papa ħeġġeġ il-baħar ta’ nies li kien hemm preżenti biex jemmnu f’“umanità ġdida” li twarrab il-mibegħda u tirrifjuta li tuża l-fruntieri bħala barrikata.
Hu qal li dak li jitlob Alla minn għandna kien il-veru kuraġġ, kuraġġ li wieħed ikun aktar b’saħħtu mill-ħażen billi jħobb lil kulħadd, anki l-għedewwa tiegħu.
Tintemm iż-żjara tal-Papa fil-Polonja
