Neville Gafa, uffiċjal fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa għamel qliegħ ta’ ftit inqas minn tmienja u tlettin elf Ewro u xtara karozza BMW wara li b’mod abbużiv ħa eluf ta’ Ewro mingħand Libjani li kienu applikaw għal viża sabiex jiġu Malta għal raġunijiet mediċi. Dan ġie żvelat fil-ġurnal The Sunday Times of Malta fejn ġie żvelat li dwar dan kollu kienet intbħatet ittra mingħand whistleblower, ċertu Khaled Ben Nasan, lil Ministru Konrad Mizzi lura f’April li għadda.
Gafa jidher li kien jieħu elfejn u ħames mitt Ewro kull xahar u somma addizzjonali ta’ mitt Ewro. Skema li jidher li dam iħaddem għal madwar sena u tlett xhur. Matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2015, meta allegatament kienet għaddeja din l-iskema, kienu aktar minn 600 il-viżas mediċi maħruġa; differenza kbira mill-251 viża maħruġa fl-2011, fl-għeqqel tal-kunflitt fil-Libja.
Gafa huwa membru ta’ l-eżekuttiv nazzjonali tal-Partit Laburista u ilu żmien twil attiv fil-Partit Laburista. Qabel ma’ ħa kariga fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa huwa kien jifforma parti mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Intant minkejja li Gafa ġie mitlub jirrifondi l-qliegħ abbużiv li għamel minn din l-iskema huwa naqas milli jagħmel dan hekk kif spjega li kien uża l-flus, ftit inqas minn tmienja u tlettin elf Ewro sabiex jixtri karozza BMW. Filwaqt li talab sabiex jagħmel il-ħlas bin-nifs baqa’ sabiex s’issa qatt ma’ ħallas flus lura.
Kelliem għal Ministeru spjega lil The Times li l-investigazzjonijiet dwar dan l-allegat abbuż kienu għadhom għaddejin.
//= $special ?>