Żvediż li lbieraħ weġġa’ meta qabeż il-baħar f’St.Peter’s Pool, Delimara, sofra ġrieħi gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.
L-inċident seħħ il-Ħadd filgħodu meta ż-żagħżugħ, Żvediż ta’ 21 sena, qabeż u ħabat mal-blat.
Hu żloga l-ispalla u kellu jittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.
Fuq il-post kien hemm preżenti membri tal-Protezzjoni Ċivili mill-Istazzjon ta’ Ħal Far kif ukoll dawk mis-sezzjoni tal-Urban Search and Rescue li għenu sabiex iż-żgħażugħ itellgħa mill-baħar.
Dan kien it-tieni inċident f’24 siegħa ta’ dan it-tip li seħħ f’St. Peter’s Pool.
//= $special ?>