Lokali

Appell: Jekk għandek demm O-Negative mur agħti d-demm

Iċ-ċentru tal-għoti tad-demm ħabbar li hawn nuqqas ta’ demm O-Negative. Għalkemm diġà sar appell fl-aħħar jiem li għaddew għal dan it-tip ta’ demm, sfortunatament ma marrux biżżejjed nies.

Iċ-ċentru tad-demm ikun miftuħ kuljum mit-8am sas-6pm ħdejn l-Isptar San Luqa.
Kull min sejjer hu mitlub jieħu miegħu l-karta tal-identità. Għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 79307307.