Lokali

Avviż: Ixrob kemm tiflaħ ilma għax illum it-temperatura se titla’ 35 °C

Woman Drinking Glass of Water --- Image by © Royalty-Free/Corbis

L-Uffiċċju Meteoroloġiku fl-ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħareġ avviż li llum, l-1 ta’ Awwissu, it-temperatura mistennija tkun waħda għolja ħafna, dik ta’ 35 °C. Madanakollu, l-uffiċċju qal li din it-temperatura se tkun qed tinħass daqs 39 °C.

mater dei

B’hekk l-Isptar Mater Dei ħareġ avviż sabiex tħeġġeġ in-nies tixrob kemm tista’ ilma.
Intant, fi twissija separata, id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard qal li t-temperaturi għoljin jikkaġunaw aktar telf ta’ ilma mill-ġisem li jista’ jirriżulta f’li wieħed jixxotta. Id-direttorat appella biex in-nies tevita li toħroġ bejn il-11.00amu l-4.00pm, li toqgħod f’postijiet friski, li tixrob ilma u tevita l-alkaħol u li tiekol frisk.