Edukazzjoni Lokali

Bord ġdid għall-NCFHE

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla (NCFHE) illum ħatar Bord ġdid, li issa se jkun ippresedut minn Godfrey Vella bħala Chairman.

Fi stqarrija, l-NCFHE qalet li Vella għandu esperjenza wiesa’ fil-qasam diġitali u fl-ICT, kemm fis-settur pubbliku, kif ukoll fil-privat.

Fil-fatt, hu serva wkoll bħala Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-IT, filwaqt li għandu esperjenza ta’ tagħlim fi ħdan l-Università ta’ Malta.

Il-membri l-oħrajn maħtura fil-Bord tal-NCFHE huma:

– Dr Bernard Gauci (bħala Deputat Chairperson),
– Anatole Baldacchino,
– Charles Caruana Carabez,
– Dr Jennifer Casingena Harper,
– Desiree Cassar,
– Michael Debattista,
– Dr Cory Greenland,
– Ian Mifsud,
– Prof John P. Portelli u
– Benny Borg Bonello (bħala Segretarju).