Rapporti ħerġin mil-Libja u l-Istati Uniti qed jindikaw li saru attakki mill-ajru Amerikani kontra qagħdiet tal-ISIS fis-Sirte.
Dan wara talba uffiċjali mill-Gvern ta’ għaqda nazzjonali Libjan mmexxi mill-Prim Ministru Fayez al Sarraj għal intervent militari Amerikan mill-ajru kontra l-ISIS fil-Libja.
Dan l-intervent militari Amerikan ingħata l-laqam ta’ Operation Odyssey Lightning.
Il-Prim Ministru Libjan Fayez al Sarraj f’diskors lin-nazzjon insista li ma kien se jkun hemm ebda preżenza militari Amerikana fuq l-art u l-attakki mill-ajru Amerikani kienu se jkunu għal żmien limitat.
Agħfas il-link għall-istqarrija tal-Pentagon
//= $special ?>