Lokali

Ġrieħi gravi wara li waqa’ bil-mutur

Ingliż ta’ 61 sena residenti Marsaskala jinsab l-Isptar Mater Dei minħabba ġrieħi gravi li sofra meta waqa’ bil-mutur.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12.30 tal-lejl li għadda fi Triq il-Bajja ta’ San Tumas, limiti ta’ Marsaskala hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm raġel mal-art fl-imsemmija triq.

Mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur tal-għamla Suzuki li kien qiegħed isuq u waqa’. Issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel fl-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard hu ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija mill-għassa ta’ Marsaskala qed tinvestiga l-każ.