Internazzjonali

Il-Misteru tal-MH370: Tikber il-possibbilta li l-bdot għamel suwiċidju

L-armla ta’ wieħed mill-passiġġier abbord it-Titjira MH370 tal-Malaysian Airlines qalet li mart il-Prim Ministru tal-Malasja insinwat li l-ajruplan għeb għaliex il-bdoti riedu hekk.
Dan qalitu Danica Weeks, Awstraljana ta’ 42 sena, waqt intervista fuq il-programm 60 Minutes tal-istazzjon Awstraljan Channel 9.
Minkejja li għaddew sentejn u nofs, s’issa m’hu magħruf xejn x’wassal beix il-Boeing 777 jgħeb u instabu biss ftit biċċiet minnu.
It-teorija ewlenija hi li l-bdot, Zaharie Ahmad Shah ta’ 53 sena, ġarraf l-ajruplan apposta f’att suwiċida. It-teżi kompliet tissaħħaħ din il-ġimgħa wara rapporti li fuq il-flight simulator li kellu d-dar, Zaharie kien għamel provi tat-titjira tul iz-zona fejn hu maħsub li għeb l-ajruplan.
Fl-istess programm tkellem Larry Vance, investigatur Kanadiż ta’ traġedji tal-ajru, li qal li hu kien konvint li l-bdot ġarraf l-ajruplan apposta u mill-ftit biċċiet li nstabu fil-baħar, hemm indikazzjoni li l-ajruplan tniżżel fuq il-baħar. Tkellem ukoll peter Foley, mill-Australian Transport Safety Bureau, li qal li jekk dan sar, allura t-tfitxijiet għall-ajruplan qed isiru fil-post ħażin.
Ġimgħatejn ilu, investigaturi ma kumpannija Olandiża liq ed tagħmel it-tfitxija għall-ajruplan qal lu ma jemmnux li dan iġġarraf mal-im patt mal-baħar imma tniżżel bil-bdot jiggwidaħ u jekk hu hekk, allura qed ifittxu fil-post żbaljat.