Lokali

Il-Monti “jiċċaqlaq b’sorpriża” mingħajr ħadd ma kien avżat

B’sorpriża għal bosta, il-Gvern ta l-awtorizzazjoni biex mil-lum il-bejjiegħa tal-monti jibdew jarmaw fi Triq l-Ordinanza fil-Belt. Dan minkejja li l-bankarelli għadhom mhumiex lesti.

Nies li tkellmu ma’ dan is-sit qalulna illi dalgħodu kienu ftit dawk li ramaw fil-post il-ġdid, ftit metri biss ‘il bogħod mill-Parlament u s-sit tat-Teatru Rjal.

Kelliem għall-Ministeru ta’ Chris Cardona ikkonferma ma’ The Malta Independent illi ċ-ċaqlieqa mill-bidu tax-xahar saret bil-barka tal-Gvern.

MONTI ORDINANZA

MONTI ORDINANZA 2