Kmieni llum wara nofsinhar waslu Malta iż-żgħażagħ li attendew għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fil-Polonja.
Iż-żgħażagħ li waslu jinkludu membri taż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK) li fuq talba tal-Arċisqof Charles J. Scicluna ħadu ħsieb l-parteċipazzjoni tad-delegazzjoni Maltija fil-Polonja.
Iż-żgħażagħ Maltin li attendew il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ kien ta’ aktar minn 650, minn 23 għaqda reliġjuża differenti u minn diversi parrocci f’Malta u Għawdex.