Biex l-Alitalia tiehu f’idejha l-Air Malta, iridu bilfors jitnaqqsu l-ħaddiema u jitneħħew numru ta’ dipartimenti li għandha bħalissa l-kumpanija. Fost dawn, irid jitneħħa d-dipartiment tal-Inġinerija u l-ground handling. Iridu wkoll jitnaqqsu il-frekwenzi tat-titjiriet lejn ċertu rotot, mhu se jsir l-ebda investiment mill-Alitalia, filwaqt illi l-Gvern Malti se jassorbi d-dejn kollu tal-kumpanija.
Il-ġurnal Times of Malta illum żvela illi l-ħsieb tal-Gvern hu li jieħu fuqu s-66 miljun ewro dejn li għandha l-kumpanija, u li l-maġġoranza tiegħu akkumula fl-aħħar 3 snin. Il-Gvern qed jippjana ukoll li joħloq kumpanija ġdida. Sorsi qalu lil Net News illi din il-kumpanija mhux neċessarjament ikun jisimha Air Malta.
Li hu żgur hu, illi dan il-ftehim jaf isib resistenza mill-Kummissjoni Ewropea, għaliex hemm possibilta’ li jmur kontra r-regoli stretti ta’ State Aid – iġifiri, meta jkun hemm flus li joħorġu mill-istat.
It-Times qalet illi l-ħaddiema li se jispiċċaw minn fuq il-kotba tal-Air Malta, se jiddaħħlu mal-Gvern.
//= $special ?>