Sal-aħħar ta’ Ġunju li għadda, in-numru ta’ liċenzji ta’ vetturi telgħet għal 352,671. 79.1% ta’ dawn il-liċenzji huma ta’ karozzi tal-passiġġiera u 13.6% minnhom huma ta’ vetturi kummerċjali filwaqt li 6.2% minnhom huma ta’ muturi.
L-istħarriġ tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika wriet li f’dawn l-aħħar sitt snin żdiedu aktar minn 50,000 liċenzja tal-vetturi. Dan ifisser li r-rata medja ta’ ħruġ ta’ liċenzji telgħet għal 36 kuljum.
Filfatt, sa Ġunju li għadda, it-total ta’ liċenzji li nħarġu fl-2016 hu ta’ 5,857 liċenzja. Il-maġġoranza tagħhom huma liċenzji ta’ karozzi tal-passiġġiera.
214,292 mill-vetturi fit-triq jużaw l-petrol filwaqt li l-136,627 l-oħra jużaw diesel.