Internazzjonali

Jitwaqqa’ ħelikopter Russu fis-Sirja

Il-Kremlin it-Tnejn ikkonferma li ħelikopter militari Russu kien twaqqa’ fis-Sirja u l-ħames suldati li kien hemm abbord inqatlu.
Il-ħelikopter twaqqa’ fil-provinċja ta’ Idlib waqt li kien qed iwassal għajnuna umanitarja
Mhux magħruf min kien responsabbli għat-twaqqigħ tal-ħelikopter Russu. F’Idlib hemm preżenza qawwija kemm tal-fergħa tal-al-Qaeda, al-Nusra, kif ukoll ribelli oħra li qed jiġġieldu kemm kontrihom kif ukoll kontra r-reġim Sirjan.
Dan kien l-agħar inċident sa fejn hu magħruf għall-militar Russu fis-Sirja minn mindu f’Settembru li għadda r-Russja bdiet tgħin militarment lir-reġim tal-President Bashar al-Assad permezz ta’ attakki mill-ajru kontra r-ribelli.