Lokali

Konrad Mizzi u Joseph Muscat jieħdu f’idejhom it-tanker tal-gass

Prime Minister Joseph Muscat at the sail away of ARMADA LNG MEDITERANIA at Keppel shipyard Singapore

It-tanker tal-gass li se jkun sorġut f’nofs il-bajja ta’ Marsaxlokk għat-18-il sena li ġejjin se jasal Malta f’Settembru. Dan kien konfermat mill-Gvern fi stqarrija uffiċjali, u fi kliem qasir ifisser ukoll li l-power station il-ġdida fadlilha żgur aktar minn xahrejn biex titlesta.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru Konrad Mizzi dalgħodu assistew għaċ-ċerimonja f’Singapore fejn it-tanker tal-gass għadda uffiċjalment għand l-Electrogas. Preżenti f’Singapore hemm ukoll iċ-Chief of Staff ta’ Muscat, Keith Schembri.

It-tanker kien ilu 17-il xahar biex jiġi konvertit, u issa jġib l-isem Armada LNG Mediterrana.

Apparti dan it-tanker, fil-bajja ta’ Marsaxlokk se jibda jkun hemm tanker ieħor minn żmien għal żmien sabiex jisspulixxi l-gass f’dan l-FSU.

F’Singapore, saru diskorsi kemm minn Joseph Muscat kif ukoll mill-Ministru bla Portafoll Konrad Mizzi.