Sorpriża sabiħa f’Il-Magħluq hekk kif fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kien hemm żjara ta’ Night Heron, jew Kwakka kif inhu magħruf bil-Malti.
Il-Magħluq hu sit ta’ Natura 2000 , biż-żona li hi f’idejn Nature Trust (Malta), liema NGO ilha għall-aħħar snin tistinka biex tkun konservata u mmaniġġjata bl-aħjar mod possibbli minħabba l-importanza ekoloġika tagħha.
Fil-post wieħed isib il-bużaqq, li hi ħuta endemika għal pajjiżna, li tinsab f’periklu li tinqered. Kien għalhekk li flimkien mal-Malta Aquaculture Research Centre ta’ San Luċjan, beda proġett biex tiġi salvata din l-ispeċi.
Fid-dawl ta’ dan nature Trust appellat lill-awtoritajiet biex jagħtu priorità lill-ambjent, u lill-Gvern biex japprova l-proġetti ta’ mmaniġġjar u biex jalloka fondi għall-immaniġġar ta’ siti simili għall-konservazzjoni ta’ postijiet simili.
//= $special ?>