Lokali

Malta fir-raba’ post fost il-pajjiżi bl-aqwa klima

L-InterNations identifikaw l-aktar pajjiżi fid-dinja li għandhom l-aħjar klima u fosthom semmew lil Malta.

Filfatt, f’wieħed mill-artikli tagħhom li ġie ppubblikat aktar kmieni llum, qed jingħad li l-aktar pajjiżi bi klima tajba huma Kosta Rika, Ċipru u l-Greċja fiwaqt li destinazzjonijiet oħra jinkludu lil Malta fir-raba’ post u lil Uganda, l-Kenja, l-Afrika ta’ Isfel, Spanja, l-Portugal u l-Messiku fil-postijiet li jsegwu.

L-InterNations għamlet ukoll stħarriġ u staqsiet aktar minn 14,000 persuna li jgħixu f’195 pajjiż differenti, jekk humiex kuntenti bil-klima tal-pajjiż fejn jgħixu. Ir-riżultat wera’ li 45% tal-Ingliżi qalu li l-klima tal-pajjiż taffetwawhom jekk ikunu qed aħsbu biex imorru jgħixu f’pajjiż ieħor.