Is-sena d-dieħla il-Pulizija f’Malta se tibda tuża s-sitema AMBER li biha se tkun tista’ tinforma lill-pubbliku bit-tfal nieqsa u se tkun tista’ tinvolvihom fit-tfittxija għalihom.
AMBER hi sistema li se tkun qed tuża t-televiżjoni, r-radju, riklami fuq tabelli tat-trasport pubbliku, siti onlajn, messaġġi fuq il-mobajls u apps oħra sabiex twassal l-allarm li tifel jew tifla jinsabu mitlufa u li qed issir tfittxija għalihom. Filfatt, il-Pulizija Maltija se tkun qed tingħaqad mal-għaqda mhux governattiva AMBER Alert Europe.
Fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook, l-Ewroparlentari Nazzjonalista Roberta Metsola qalet li tinsab kburija li flimkien mal-Ewroparlamentari Miriam Dalli ħadmu sabiex tiddaħħal din is-sistema f’Malta. Qalet li dan il-pass huwa pass importanti u li se jgħin ħafna sabiex jinstabu tfal li jkunu ntilfu.
B’din l-introduzzjoni, Malta se tkun ir-raba’ pajjiż li se tkun qed tuża s-sistema AMBER fl-Ewropa.
//= $special ?>