Żagħżugħ Olandiż irrakkonta f’awla kif qala’ daqqa mingħand Olandiż ieħor wara li staqsa jekk sider tfajla kienx naturali jew imkabbar.
L-inċident seħħ nhar il-Ħadd 31 ta’ Lulju, għall-ħabta tat-3.00 a.m. f’Paceville, u dwar dan il-każ il-Pulizija ressqet fil-Qorti lil Your Kai Smit ta’ 24 sena.
Smit, li jgħix Wied il-Għajn, kien akkużat li kkaġuna ferita gravi fuq Anthony Joma Rood imma wieġeb li mhux ħati.
Rood li xħin kien qed jistenna sema’ xi Olandiżi jitkellmu u beda jkellem lil wieħed minnhom. Ħdejhom kien hemm xi tfajliet Olandiżi u Ingliżi u staqsa lil wieħed mill-ġuvintur Olandiżi jekk sider waħda minnhom kienx naturali jew le.
Skont ix-xhud, kien f’dan il-ħin li l-ġuvni qallu biex jistaqsi lit-tfajla u minn hemm ‘il quddiem ma jiftakarx wisq x’ġara għax intilef minn sensih u sab lilu nnifsu mdawwar mill-pulizija fejn ittieħed l-Isptar Mater Dei. Rood kien mistoqsi wkoll jekk kienx sejjaħ lit-tfajla prostituta imma x-xhud ċaħad dan.
Il-każ ġie differit għal seduta oħra u sadanittant Smit ingħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet. Dan ukoll taħt garanzija personali ta’ €5,000.
//= $special ?>