Kurżitajiet Lokali

Pikachu mdendel ma’ siġra fin-Nadur

pikachu

F’dawn l-aħħar jiem drajna naraw ammont ta’ persuni ta’ kull età jimxu jew jiġru bil-mobajls f’idhom biex jaqbdu lil Bulbasaur, Ivysaur, Charmander, Pikachu jew lill-karattri l-oħra tal-logħba Pokémon Go li bħalissa qed tiddomina x-xena tat-teknoloġija.

Filwaqt li l-Belt u l-Imdina qed jitqiesu bħala l-mekka tal-Pokémon għax fihom hemm ħafna poke stops u ssib ħafna karattri, issa Għawdex ukoll qed jiddomina hekk kif grupp li kien qed idur biex jaqbad xi karattru tal-logħba lemaħ Pikachu reali u bil-ħajja mdendel ma’ siġra n-Nadur Għawdex.

Dan ir-ritratt ttella’ fuq Facebook minn żagħżugħ li rnexxielu jaqbad l-ikbar Pikachu li qatt ltqajna miegħu s’issa.

Ritratt: Johann Cremona