Ebda reazzjoni uffiċċjali mill-Public Broadcasting Services li tikkonferma jew tiċħad hekk kif għaddew jumejn minn meta l-ġurnal Times of Malta ħabbar li John Bundy mistenni jinħatar Kap Eżekuttiv tal-PBS fil-jiem li ġejjin, minflok Anton Attard.
Wara li s-Sibt ippruvajna nagħmlu kuntatt maċ-Chairman tal-PBS Tonio Portughese, illum erġajna ippruvajna iżda Portughese qalilna li jinsab f’meeting.
Għaldaqstant bgħatna email b’numru ta’ mistoqsijiet liċ-Chairman tal-PBS. Liema mistoqsijiet ġew imwieġba f’sentenza waħda : li deċiżjonijiet jittieħdu mill-Bord tad-Diretturi u jiġu kkomunikati fil-mument opportun skont il-kas.
Minn informazzjoni li għandu dan l-istazzjon, jirriżulta li l-Bord tad-Diretturi ma kienx jaf dwar din il-ħatra u li l-istess Tonio Portughese qed joġġezzjona għal din il-ħatra tant li f’laqgħat li kellu f’dawn l-aħħar siegħat, hu hedded li jirriżenja.
Kien propju f’dan l-isfond li staqsejna lil Tonio Portughese jekk il-Bord tad-Diretturi kienx infurmat bil-ħatra ta’ John Bundy bħala Kap Eżekuttiv, x’kienet ir-reazzjoni tiegħu malli waslitlu l-aħbar u jikkonfermax li hu kien lest li jirriżenja mill-kariga.
//= $special ?>