Lokali

It-tanker tal-gass huwa r-rigal tar-ras iebsa ta’ Joseph Muscat lill-familji tan-naħa ta’ isfel ta’ Malta

Prime Minister Joseph Muscat at the sail away of ARMADA LNG MEDITERANIA at Keppel shipyard Singapore

B’pompa kbira, fis-siegħat li għaddew, Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi attendew għaċ-ċerimonja tat-tanker tal-gass li se jpoġġu fil-bajja ta’ Marsaxlokk – ftit kilometri biss ‘il bogħod minn fejn jgħixu eluf ta’ familji Maltin u Għawdxin fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta.

It-tanker tal-gass se jitpoġġa fil-bajja ta’ Marsaxlokk għal raġuni waħda biss: minħabba l-ebusija tar-ras ta’ Joseph Muscat li :
• l-ewwel webbes rasu li jibni Power Station li m’għandniex bżonn għaliex il-prezz tal-elettriku mill-interconnector huwa ferm irħas minn dak li ntrabat bih għal 18-il sena sħaħ mal-konsorzju tal-Power Station
• imbagħad webbes rasu li jibni tanker tal-gass għaliex qabel l-elezzjoni werwer lin-nies bil-gidba li l-Power Station attwali hija fabbrika tal-kanċer
• u issa qed jibqa’ jwebbes rasu li jpoġġi t-tanker bil-ħażna tal-gass fil-bajja ta’ Marsaxlokk b’periklu ċar għar-residenti
Huwa ċar li Muscat ma jinteressahx mis-saħħa u s-sigurtà tal-familji Maltin u Għawdxin, b’mod speċjali dawk minn naħa ta’ isfel ta’ Malta, iżda jinteressah biss l-interess personali tiegħu, ta’ Keith Schembri u ta’ Konrad Mizzi.

It-tanker tal-gass, u r-riskji kollha li jġib miegħu, huwa r-rigal ta’ Joseph Muscat lill-familji tan-naħa ta’ isfel ta’ Malta.

Prime Minister Joseph Muscat at the sail away of ARMADA LNG MEDITERANIA at Keppel shipyard Singapore