Lokali

Aġġornata bil-filmat: Fekruna tbid fil-bajja ta’ Għajn Tuffieħa

Tard ilbieraħ bil-lejl, numru ta’ persuni li kienu Golden Bay irrappurtaw li fekruna daħlet tbid fuq il-bajja. Il-fekruna dehret għall-ħabta tal-11:30pm.

Dalgħodu fil-post marru uffiċjali ta’ Nature Trust illi dawwru z-zona fejn hemm il-bajd tal-fekruna.

Jidher illi b’kollox fuq il-bajja hemm mal-40 bajd, li jinsabu madwar 5 metri ‘il ġewwa mix-xtajta.

Golden Bay – magħrufa bħala r-Ramla tal-Mixquqa – hija waħda mill-aktar bajjiet popolari f’pajjiża, speċjalment fix-xahar ta’ Awwissu. Għalhekk, Nature Trust se jassiguraw illi z-zona tibqa’ protetta min-nies għal aktar minn xahrejn.

Ara l-filmat tal-fekruna fil-ħin li kienet qed tbid:

NT

Matul is-snin kienu diversi dawk il-fkieren li ġew rilaxxati fil-baħar wara li ġew salvati minn xbiek jew oġġetti li jkunu inqabdu magħhom. Iżda dan tal-lum huwa l-ewwel każ tax-xorta tiegħu mill-1960 ‘l hawn, fejn fekruna tat-tip loggerhead biedet b’suċċess fuq bajja ramlija f’pajjiżna.

2011