Lokali

Binja f’Santa Venera ddisinjata mill-Profs Richard England tingħata rikonoxximent waqt La Biennale

Dar il-Ħanin Samaritan Conference Centre and Meditation Garden, iddisinjata mill-Professur Richard England kienet fost ir-rebbieħa tal-15-il edizzjoni tal-Venice Architecture Biennale.

Id-disinn ta’ din il-binja li tinsab f’Santa Venera kien deskritt bħala l-aħjar fost id-disinji l-ġodda kif wkoll wieħed li joffri dak l-istil partikolari u li jattirak.

Dar il-Ħanin Sammaritan kienet iffinanzjata b’investiment mis-Soċjetà tal-Museum bħala post ta’ talb u għal laqgħat li jsiru mill-istess soċjetà.

Dan hu t-tieni rikonoxximent għall-Professur Richard England b’rabta max-xogħolijiet tiegħu. Matul is-sena li għaddiet għall-istess binja- Dar il-Ħanin Samaritan Conference Centre and Meditation Garden, il-Profs Richard England rebaħ wkoll rikonoxximent ieħor din id-darba waqt l-14-il edizzjoni tal-kompetizzjoni internazzjonali tal-akkademja tal-arkitettura.

dar hanin sammaritan richard england