Lokali

Edward Scicluna jaħsel idejh mir-riżenja tad-Direttur tal-FIAU

Il-Ministru Edward Scicluna ħasel idejh mir-riżenja ta’ Manfred Galdes, li rriżenja minn Direttur tal-aġenzija li kienet qed tinvestiga lill-Ministru Konrad Mizzi u liċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri.

Aktar: Jirriżenja l-kap tal-aġenzija li kienet qed tinvestiga lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri

F’risposti għal mistoqsijiet ta’ NETnews.com.mt, il-Ministru qal li “l-FIAU (l-aġenzija li Galdes irriżenja minnha) hija istituzzjoni indipendenti u kwalunkwe mistoqsijiet għandhom jiġu indirizzati lilha”.

Filwaqt li fir-risposti tiegħu l-Ministru ta l-impressjoni li ma jafx x’qed jiġri fl-aġenzija ta’ kontra l-ħasil tal-flus peress li hija “indipendenti”, fil-5 ta’ April li għadda, fil-Parlament, kien qal li l-FIAU qed tinvestiga lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri.

Fir-risposti tiegħu, il-Ministru ma kkonfermax jekk l-investigazzjoni ntemmitx jew jekk ir-rapport ta’ din l-investigazzjoni għaddiex għand il-Pulizija jew xi awtorità oħra.

Tags