Internazzjonali

Filmat: Tgħannaq il-kelb fl-isptar għall-aħħar darba qabel tmut

Ħafna min-nies li għandhom kelb jew kelba ġeneralment jagħmlu minn kollox biex jieħduhom magħhom kull fejn imorru, iktar u iktar meta l-annimal isir parti integrali mill-familja. Madanakollu hemm ċertu postijiet fejn l-annimali ma jistgħux jidħlu, avolja sidhom ikunu jixtiequ jieħduhom magħhom. Fost dawn il-postijiet hemm l-isptar, li madanakollu f’ċertu ċirkustanzi partikolari jsiru eċċezzjonijiet sabiex il-kelb jitħalla jidħol fejn il-pazjent.

Filfatt, f’filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali f’Ottubru li għadda, Rebane Chili ta’ 49 sena u pazjenta b’marda terminali tal-kanċer ingħatat il-permess li tiltaqa’ ma’ Ritchie, il-kelb tagħha, għall-aħħar darba qabel tilfet il-battalja tagħha u ħalliet din id-dinja.

Fil-filmat, il-kelb jidher jifraħ biha u hi bih. Mal-midja internazzjonali, oħt il-pazjenta qalet li għal Rebane l-kelb kien ifisser ħafna u kienet tħobbu daqs li kieku kien it-tieni tifel tagħha.