Internazzjonali

IL-VATIKAN: Kummissjoni li tittratta l-kwistjoni ta’ dekani nisa

epa05361124 Pope Francis arrives to deliver a speech to the Executive Board during his first visit to the United Nations World Food Progamme (WFP) headquarter in Rome, Italy, 13 June 2016. The Pope addressed the 2016 annual meeting of the Executive Board on the current state of hunger and poverty, and the need to keep up the fight against it. EPA/TONY GENTILE / POOL

Il-Papa Franġisku waqqaf kummissjoni speċjali biex tanalizza jekk in-nisa għandhomx, ’il quddiem, ikunu permessi li jsiru dekani fil-Knisja Kattolika.

Il-kwistjoni għandha storja twila bħala ‘kunċett inkwetanti’ għall-Knisja, meta ħafna mill-membri tagħha jopponu għall-ħatriet tan-nisa. Intant, il-kummissjoni magħmulha minn sebat irġiel u sitt nisa se jistudjaw din l-issue waqt li jevalwaw ir-rwol storiku tal-mara matul is-snin bikrija tal-Knisja.

Id-dekani huma grad anqas minn qassis fil-ġerarkija tal-kleru. F’dan il-każ, dekan jista’ jipprietka jew jippresiedi fuq ċerimonji ta’ żwieġ u funerali, iżda ma jistax jiċċelebra l-quddies.

Dawk favur li n-nisa jinħatru dekani mal-knisja qed jirreferu għar-rappreżentanza fqira tan-nisa fil-Knisja. Huma qalu wkoll li l-ħatra tan-nisa bħala dekani ‘għandha tagħtihom aktar influwenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet’.

Sadanittant, kelliema għall-Vatikan għamluha ċara li l-Papa Franġisku mhux jikkunsidra l-possibbiltà li jaħtar lin-nisa bħala qassisin, meta, fil-preżent, il-qassisin u dekani Kattoliċi kollha huma rġiel.