Qorti

Ir-rikors se jkun qed jinstema’ mill-Imħallef Lorraine Schembri Orland

Ir-Rikors Kostituzzjonali ppreżentat mill-Avukati Jason Azzopardi, Kris Busietta u Julian Farrugia, f’isem is-Sindku tar-Rabat Għawdex Samuel Azzopardi, se jkun qed jinstema’ mill-Imħallef Lorraine Schembri Orland.

L-Avukati f’isem Samuel Azzopardi ppreżentaw ir-Rikors dwar is-smigħ tal-libell li Azzopardi fetaħ kontra l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo. Dan biex il-kawża ma tinstemax quddiem il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri minħabba r-rabta diretta li kellha mal-Partit Laburista sa ftit tax-xhur ilu.

Fl-ewwel seduta, l-Avukat Jason Azzopardi innota li l-każ kien bejn żewġ politiċi miż-żewġ partiti ewlenin. Għalhekk, minħabba l-involviment tagħha fil-Partit Laburista, il-Maġistrat Vella Cuschieri titqies bħala kollega ta’ wieħed mill-persuni involuti.

Fit-talba tagħhom, l-Avukati ta’ Samuel Azzopardi fakkru kif 26 xahar ilu, Vella Cuschieri kienet indirizzat il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista, fejn iddikjarat pubblikament li kibret f’familja Laburista qabel ma kkonkludiet bil-frażi “Viva l-Labour”.

Għaldaqstant, l-Avukati qalu li f’każ li l-kawża tibqa’ instema’ quddiem il-Maġistrat Vella Cuschieri, ikun qed jinkiser id-dritt ta’ smigħ xieraq.