Internazzjonali

Jiftemu biex joqtlu lis-saċerdot Franċiż minn fuq app tal-messaġġi

Iż-żewġ Franċiżi li qatlu lis-saċerdot Kattoliku l-ġimgħa l-oħra, iltaqgħu 4 t’ijiem qabel il-qtil permezz ta’ app tal-messaġġi.

Il-midja internazzjonali qed tirraporta li Adel Kermiche u Abdel-Malik Petitjean, iż-żewġ ġiħadisti, tqabbdu flimkien minn xi ħadd u bdew jibgħatu messaġġi lil xulxin fit-22 ta’ Lulju li għadda. Huwa maħsub li minn dakinhar bdew jippjanaw il-qtil tas-saċerdot Jacques Hamel ta’ 86 sena li kien qed jiċċelebra quddiesa fi knisja fi Franza.
Il-vantaġġ tal-applikazzjoni hi li tħalli lil min jużaha jibgħat messaġġi li ma jinqrawx faċilment.

Din l-applikazzjoni nħarġet tliet snin ilu u hi magħrufa l-aktar fost il-grupp terroriżmu ISIS.