Lokali

L-Editorjal ta’ The Times – Gvern li jaġixxi b’arroganza

Il-Gvern ta’ Muscat mhux sensittiv għall-bżonnijiet tan-nies u għat-thassib li qed jesprimu l-familji Maltin u Għawdxin bi dħul baxx.

Il-Partit Laburista qed imexxi b’mod arroganti, kif ghamel fl-iskandlu tal-Panama, u n-nies huma litteralment irrabjati għal Joseph Muscat. Madankollu, il-Prim Ministru għadu qed iserraħ rasu fuq il-maġġoranza ta’ 36,000 li kiseb tliet snin ilu fl-elezzjoni.

Kienet din sintesi tal-Editorjal, ippubblikat illum fil-ġurnal The Times of Malta, li ffoka b’mod partikolari fuq ir-rapport tal-Caritas dwar familji f’riskju ta’ faqar u li qed jgħixu bi dħul baxx ħafna.

L-Editorjal tratta wkoll kwistjonijiet oħrajn, fosthom għall-pensjonanti u d-dħul tagħhom, hekk kif ħafna mill-anzjani ma jlaħħqux sal-aħħar tax-xahar.

L-Editorjal ippreżenta proposta lill-Gvern, fost oħrajn biex jikkunsidra li jnaqqas it-taxxa fuq xi investimenti li dawn il-pensjonanti jkunu għamlu matul is-snin.