L-Irlandiża Lorraine O’Loughlin hija omm ta’ tliet itfal. Ta’ 28 sena kienet tiżen 121 kilogramma. U l-ilbies li kienet tixtri kien ta’ qies 24.
Illum, Lorraine għamlet trasformazzjoni kbira u spiċċat fuq il-gazzetti kollha tar-Renju Unit.
It-trasformazzjoni bdiet minħabba d-dipressjoni li kienet fiha. Lorraine, residenti Warrenpoint fl-Irlanda ta’ Fuq, kienet taqbeż l-ikliet u tispiċċa tieħu ħafna ċikkulata u krips filgħaxija.
Biex naqset, is-soluzzjoni tagħha kienet waħda – Lorraine qatgħet il-kafe kollu li kienet tieħu. Matul il-jum, hi kienet tixrob medja ta’ 15-il tazza kafe, bi tliet kuċċarini zokkor! Ammont enormi għal mara ta’ 28 sena.
Illum, hi tgħid illi minn mindu naqset il-kafe saret tħossha ferm aħjar. Lorraine illum qed tilbes ħwejjeġ ta’ qies 10-12, u naqset mat-48 kilogramma.
It-trasformazzjoni saret f’temp ta’ sena u ftit xhur, iżda hi stess tgħid illi ma kinitx faċli u li kellha l-għajnuna ta’ nies professjonali.
//= $special ?>