Lokali

Neville Gafa’ qed jigi investigat mill-pulizija b’rabta mal-iskandlu tal-visas maħruga lil-Libjani

L-eks Uffiċjal fil-Ministeru tas-Saħħa, li ssemma’ bħala l-persuna li kien qed jieħu flus fil-but ħalli joħrog Visas għal skopijiet mediċi, qed jiġi investigat mill-Pulizija.

Il-ġurnal The Times of Malta żvela li l-ġimgħa li għaddiet, il-Pulizija għamlu tfittxija fl-Uffiċċju li kien juża’ Neville Gafa fil-Ministeru.

Gafa għamel qligħ ta’ ftit anqas minn 38,000 ewro u xtara karozza BMW wara li b’mod abbużiv ħa eluf ta’ ewro mingħand Libjani li kienu applikaw għal Viża biex jiġu Malta għal raġunijiet mediċi.

Hekk irrapportat il-gazzetta The Sunday Times of Malta, li qalet li dwar dan kollu kienet intbagħtet ittra mingħand ‘whistleblower’ lill-Ministru Konrad Mizzi lura f’April li għadda.

Gafa jidher li kien jieħu 2,500 ewro kull xahar, b’somma addizzjonali ta’ 100 ewro.

Neville Gafa hu membru tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista u ilu żmien twil attiv fil-Partit Laburista. Qabel ma ħa l-kariga fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa, hu kien jifforma parti mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Il-gazzetta ppruvat tiehu l-kummenti ta’ Neville Gafa, iżda hu stqarr li ma xtaqx jikkummenta.