Żewġ Franċiżi, ġuvni ta’ 29 sena u tfajla ta’ 25 sena, tressqu l-Qorti f’Għawdex hekk kif qed ikunu akkużati b’serq minn ħanut f’Għajnsielem.
Il-każ seħħ il-Ħadd 31 ta’ Lulju.
Huma tressqu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Paul Coppini li ordna sabiex iż-żewġ Franċiżi jħallsu lura l-ammont ta’ €184 . Huma ngħataw sentenza ta’ sena priġunerija sospiża għal sentejn.
It-tfajla u l-ġuvni wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrijhom
//= $special ?>