Żewġt itfal u l-ġenituri tagħhom iddaħħlu l-Isptar wara inċident li seħħ għall-ħabta tat-3pm f’Ghajn Tuffieħa.
Il-familja, mix-Xgħajra, kienet f’vettura tat-tip Toyota, li għal xi raġuni kienet involuta f’impatt mal-vettura l-oħra, tat-tip Fiat.
Jirriżulta li l-kundizzjoni tal-missier ta’ 27 sena u tat-tifel ta’ tliet snin sofrew feriti gravi, iżda mhux fil-periklu li jitilfu ħajjithom. Min-naħa l-oħra, l-omm ta’ 26 sena u t-tifel ta’ seba’ snin sofrew biss feriti ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>