Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma avżat li parti mir-roundabout ta’ Triq Valletta, Lija ser tkun magħluqa minn għada l-Ħamis 4 ta’ Awwissu 2016. Dan minħabba xogħlijiet fuq proġett parzjalment finanzjat mill-Unjoni Ewropea biex tissaħħaħ l-infrastruttura tal-ilma.
Traffiku ġej mill-Mosta jew min-Naxxar biex jgħaddi minn Triq Pantar irid jinżel u jdur mar-roundabout ta’ Ħal-Lija kif jidher fil-mappa annessa. Dan l-arranġament mistenni jdum madwar ġimgħa.
Is-sewwieqa huma mitluba jsuqu bil-galbu u jsegwu s-sinjali u l-istruzzjonijiet mogħtija, fil-waqt li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.
//= $special ?>