F’għeluq il-100 sena mit-twelid tal-eks Prim Ministru Dom Mintoff, il-MaltaPost se tkun qed toħroġ bolla ġdida bħala tifkira.
Il-bolla se jkollha fuqha ritratt ta’ Dom Mintoff u se tkun tiswa €3. Il-MalaPost qalet li din il-bollha se tkun limitata u minnha se jkun hawn biss 52,000 kopja.
Flimkien ma’ din il-ħarġa, il-MaltaPost u l-Bank Ċentrali ta’ Malta se joħorġu bolla tal-fidda u munita kommermorattiva. Kemm il-bolla u anki l-munita se juri ritratt ta’ Dom Mintoff. Il-munita se jkollha valura ta’ €10. Kull min jixtri dan is-sett se jkun ppreżentat f’ċertifikar ta’ awtentiċita.
Dawn il-prodotti se jkunu fuq is-suq minn nhar is-Sibt li ġej minn kull fergħa postali. Ordnijiet jistgħu jsiru mis-sit elettroniku www.maltaphilately.com, bil-posta mill-Philatelic Bureau MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001, bit-telefon 2596 1740 jew permezz tal-e-mail: info@maltaphilately.com.
//= $special ?>