F’Lulju li għadda għaddew aktar minn 580,000 passiġġier mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Dan ifisser li f’Lulju kien hemm żieda ta’ 5.9% fil-movimenti tal-passiġġieri meta kkumparat mal-istess xahar tal-2015. Jirriżulta wkoll li s-seat load factor ta’ Lulju laħaq rekord ġdid għal dak ix-xahar.
Apparti minn hekk, fl-istqarrija maħruġa mill-MIA, joħroġ ukoll li l-ħames pajjiżi l-iktar popolari huma r-Renju Unit, l-Italja, il-Ġermanja, Franza u Spanja fil-pożizzjonijiet msemmija. B’hekk ifisser li bi tkabbir ta’ 20.8% Spanja telgħet għall-ħames pożizzjoni għall-ewwel darba din is-sena. Il-Ġermanja wkoll kellu rata’ għolja ta’ tkabbit ta’ 10.6%.
Dan ifisser li sa issa f’dan is-Sajf biss l-ammont ta’ passiġġieri li għaddew mill-ajruport ta’ Malta diġà qabżu ż-żewġ miljuni.