Lokali

Film Russu jinġibded f’Malta

kinopoisk.ru

film 1

Javor Gardev, direttur Bulgaru ta’ fama internazzjonali, għadu kemm spiċċa l-aħħar ġbid tal-film Russu Icaria.

Dan il-film jitratta realtajiet li mistennija niltaqgħu magħhom 11-il sena oħra, fl-2027 meta x-xjenza tkun żviluppat ħafna iktar. Filfatt, f’dan il-film il-karattri ma jmutu qatt u jisparixxu minn din id-dinja.

Il-filmati nġibdu f’postijiet differenti madwar Malta u Għawdex.

Id-direttur Bulgaru rebaħ il-premju tal-aqwa direttur fl-edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-Films fil-Moska fil-2008.