F’dan il-filmat, li nġibed minn wieħed mill-passiġġiera tal-ajruplan tal-Emirates li ġġarraf mal-inżul f’Dubaj, jidher il-paniku fost il-passiġġiera hekk kif l-ajruplan iġġarraf u huma qamu biex jaħarbu mill-ajruplan li kien qed jieħu n-nar.
F’dan il-filmat il-passiġġiera jidhru jmorru fejn il-bibien tal-emerġenza u minn hemm jaqbżu mill-ajruplan.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-12.45pm ħin lokali (10.45am ħin f’Malta).
Il-passiġġieri u l-membri tal-ekwipaġġ kienu evakwati mingħajr periklu, grazzi għal intervent f’waqtu tal-Emirates u tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Dubaj.
L-ajruplan, Boeing 777-300 b’reġistrazzjoni A6-EMW operat b’magni Rolls-Royce Trent 800, kien qed itir mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Trivandrum f’Thiruvananthapuram, l-Indja għal Dubaj. Abord kien hemm 282 passiġġier u 18-il membru tal-ekwipaġġ. Fortunament ma kienx hemm imwiet f’dan l-inċident.
//= $special ?>