Internazzjonali

Jekk tibża’ mill-għoli dan il-passaġġ tal-ħġieġ mhux tajjeb għalik!

muntanja 4 muntanja 3

Timmaġinak iddur ma’ waħda mill-iżjed muntanji għoljin fid-dinja minn fuq passaġġ tal-ħġieġ u tara kollox taħtek? Din il-ġimgħa fiċ-Ċina nfetaħ il-Coiling Dragon, passaġġ tal-ħġieġ għall-pubbliku fil-park nazzjonali ta’ Zhangijajie. Dan il-passaġġ hu twil 100 metru u fih aktar minn 99 liwja differenti li jdawruk mal-muntanja Tianmen. Kull min jgħaddi jingħata żarbun protettiv u għandu l-opportunità li jgawdi veduta spettakolari u mhux ta’ kuljum.

pont 2 mazza pont 3 mazza pont

Apparti minn hekk, dan il-passaġġ huwa parti minn attrazzjonijiet oħra li hemm fil-park nazzjonali. Fil-park hemm ukoll pont ta’ 430 metru li qed jitqies bħala l-itwal pont fid-dinja. Apparti minn hekk, il-pont qiegħed imdendel 300 metru ‘l fuq mill-art u biex ikunu ċetri li dan il-pont mhux perikoluż, f’Ġunju li għadda kissru waħda mill-ħġieġ b’mazza u għaddiet karozza minn fuqha u kollox kien għadu tajjeb.