Lokali Qorti

“Jien na*ra fuqek għax miljunarju” – Fil-Qorti wara li tajjar Kuntistabbli tal-Pulizija

“Taħseb li tfallini lili? Jien na*ra fuqek għax miljunarju”. Hekk ftaħar ma’ membru tal-Korp tal-Pulizija, Carlo Stivala fl-inċident li fih qed jiġi akkużat li qaleb Kuntistabbli tal-Pulizija bil-mutur meta kien qed jipprova jtih ċitazzjoni għax kien ipparkjat ħażin fix-Xatt ta’ Tas-Sliema.

Dan ħareġ mix-xhieda li l-vittma ta quddiem il-Qorti. Fix-xhieda tiegħu, il-Kuntistabbli qal li diġà kien ta ċans lil Stivala biex ineħħi l-karozza meta dan qallu li se jgħabbi lil xi persuni għax ħasbu taxi. Madankollu, meta reġa’ għadda ftit tal-ħin wara, il-vettura ta’ Stivala kienet għadha fl-istess post.

Dak il-ħin, kompla l-Kuntistabbli, Stivala saq u hu saq miegħu sakemm il-mutur tal-Kuntistabbli intlaqat mill-karozza. Qal li meta ntlaqat, hu pprova jibbilanċja l-mutur, iżda ħa skoss f’siequ u ma setax.

Il-każ ikompli.