Lokali

John Bundy konfermat Kap Eżekuttiv tal-PBS

Illum il-Preżentatur John Bundykien konfermat bħala l-kap eżekuttiv il-ġdid tal-PBS.

Waqt laqgħa mqanqla tal-bord tad-Diretturi tal-PBS, John Bundy kien approvat bħala Kap Eżekuttiv, dan wara li c-Chairman tal-PBS Tonio Portughese kien qed joġġezzjona bil-kbir għal din il-ħatra.

John Bundy se jkun qed jieħu l-irwol ta’ Anton Attard, li kien ilu fil-kariga għal dawn l-aħħar sitt snin.

Il-Bord ħatar ukoll lil Charles Dalli bħala Deputat Kap Eżekuttiv tal-PBS, kariga li qabel ma kienitx teżisti.